Sunday, April 5, 2020

Il-kliem iftitx kumpanija hazina...u joqtol



B' tifkira tal- qtil barbaru ta' Lassane Cisse sena ilu.

Il-kliem ma jmutx u kapaci joqtol. Il-kliem li nghidu ghandu habta jibqa jidwi u jhuf. Wara li nlissnuh jevapora u jingemgha fis-shab. Il-kliem ta' mibgheda ghandu habta jsib kumpanija hazina. U kull kelma hazina iggib ohra aghar minnha...u bil-qatra l-qatra tintelgha l-garra. L-imbarazz li nitfghu fuq facebook, il-kliem krudili li nghidu lil uliedna, ir-rabja kerha li bija nisfugaw il-frustrazzjoni taghna kontra dawk iktar dghajfa minnha flok kontra il-hallelin bil-glekk...dawn il-kliem ghandhom vizzju ikrah jiltaqghu, jghammru u jwelldu il-mostri. Mostri koroh dawgha bla kompassjoni u umanita. Mostri boloh li tul l-istorja inqdew bihom dittaturi kiefra li juzaw il-biza bhala arma biex joholqu iktar biza. Mostri kiefra li jsibu triq miftuha berah minnhabba l- indifferenza kollettiva ghas-sofferenza ta' haddiehor. Mostri li jniggsu l-qlub ta'dawk li joqtlu. Il-mostri li hakmu r-ruh ta' dawk li qatlu lil Lassane Cisse Souleymane qiesu xejn m'hu xejn, f' ezercizzju ta' sports, speci ta' stagun miftuh tal-kacca fuq l-immigrant miexi fid-dlam. Mostri taghna lkoll, li tmajna b'kull kelma razzista, xenofoba u giddieba li ghedna hafna drabi bl-addocc u bla hsieb biex forsi nimpressjonaw, ghax facli tidher b'sahhtek quddiem min hu iktar dghajef.

Izda meta nlissnuh anki l-kliem gentili ma jisparixxix. Il-kliem ta' rabja kontra l-ingustizzja, l-inugwaljanzi u l-poter li ma jaghmilx gustizza. Il-kliem li nuzaw biex niggieldu lill- mostri. Il-kliem li jghatu farag u tama flok joholqu biza u ansjeta. Il-kliem li bihom nuru solidarjeta ma kull min hu qieghed isoffri. Dak il-kliem iftix il-kumpanija tajba, jithabbeb u jwelled dinja sabiha. U m' hemmx xejn isbah mil-anti faxxizmu, il-glieda kontra l-mostri u dawk li juzawhom biex jibnu dinja kerha, ostili u bla qalb.



1 comment: