Sunday, October 22, 2017

My speech at civil society's #Justice demo

Nhar it-Tnejn Daphne inghatat il-piena kapitali minn xi hadd li tant hassu omnipotenti li ddecieda li jhassar mid-dinja gurnalista li bil-pinna taghha kienet saret tehdida...

Meta smajt l-ahbar hassejt vojt...il-vojt li thoss meta thoss li pajjizek tilef bicca minn ruhu. Ghalhekk wara giet ir-rabja.

Xoghol il-gurnalist mhux li jinghogob mil-poter imma li jzomm distanza minnu biex ikun jista jwassal il-verita. Speak truth to power ghandu jkun l-motto taghna lkoll.

Inhossni mcekken quddiem il-karba tal-qraba u t-tfal ta’ Daphne, karba ghal gustizzja mhux ghal ommhom biss imma ghal Malta taghna li tant inhobbu.

Tajjeb li l-gvern qed jibghat messagg qawwi li se jaghmel min kollox biex jaqbad lil kriminali.

Imma fuq kollox Pajjizna irid fejqan.

Ghax pajjizna ma jixraqlux hekk. Pajjizna ghandu ruh.

We do not want to live in a mafia state. Ma nridux inkunu washing machine tal-flus mahmugin tal-kriminali u d-dittatturi. Il-flus ma jixtrux kollox, wisq l-inqas il-gustizzja.

Fuq kollox quddiem tehdida daqshekk kattiva mill- kriminalita organizzata, hemm bzonn twegiba politika ghal kwistjoni morali li qed tifni lil Malta taghna.

Hadd m’ghandu jipponta subghajh lejn hadd ghax lkoll ghanda parti mit-tort kull meta harisna n-naha l-ohra biex naghmlu lira zejda. Imma din mhix skuza biex inhallu kollox ghaddej.

Biex ninghaqdu u nuru li ahna ahwa Maltin u nibghatu l-aqwa messagg lill- kriminali li qatlu l-Daphne inridu nuruhom li Malta ghanda istituzzjonijiet li ghandhom is-snien u jgawdu l-fiducja taghna lkoll.

Fl-ahhar ftit snin ma rajnix rieda tajba. L-istituzzjonijiet fallewna bl-ikrah f’bosta kazijiet bhal Panamagate li gew midfuna taht it-tapit tal-konvenjenza. Kellna paralizi istituzzjonali fejn l-istat u l-pulizija ma resqu lil hadd quddiem il-qrati biex jigi gudikati.

Ghalhekk biex ikollna fiducja fl-istituzzjonijiet jehtieg bidla fl-istituzzonijiet.

Irid isir ezami serju ta’kuxjenza u kull min ghandu jwarrab ghandu jwarrab illum qabel ghada.

Rajna wkoll rigress kulturali fejn xi whud f’partiti differenti bdew iseksku li onestsa u l-indafa huma xi zvantagg fil-politika. Kwazi li tkun parti mid-dinja tat-tahwid bdejna narawa vantagg.

Rajna kultura tal-libelli li fija l-prova tal-innocenza tigi billi tfajjar xi libell.

Iva ghal ghexieren ta’snin gvernijiet minn partiti differenti ma ghamlux bizzejjed biex insahhu s-saltna tad-dritt. Hallejna hafna xquq min fejn setghu jghaddu d-delinkwenti politici ta zminijietna.

Imma flimkien nistghu naghmlu d-differenza... kurragg.

Intom ragg ta’ dawl f’din i-lejla mudlama tar-repubblika Maltija...Intom l-Malta t-tajba, dik il-Malta li ma tiskotx, dik il-Malta nadifa

Ghax inhobbu l-pajjizna inridu inkomplu dak li bdejna illum u ma nifqux qabel pajjizna jerga jikseb il-hakma tad-dritt f’kull qasam tal-governanza.

Grazzi li qomtu mir-raqda. Viva Malta nadifa. Viva l-Maltin li issa qed jghidu issa daqshekk.

7 comments:

  1. Kieku kellna l-pajjiz jahden bhal arlogg u min ried joqtol lil Daphne kien kriminal kbir, kien jithawwad ghax ghandna gvern rett jew Pulizija tal-biza? Ghandek l-icken dubju li xi hadd fil Gvern ried li Daphne tinqatel b'dan il-mod? Daqs kemm seta qatila Adrian Delia ghax ikkritikatu. Taf li jien daqsek u daqs kulmin trid nixtieq nara lil pajjizi taht il-hakma tad-dritt dejjem u f'kollox. Izda insibha facli wisq li ssir rabta bejn dan il-qtil fahxi u n-nuqqasijiet li jkidduna.
    Bhalissa hadd hlief il-qattilin stess ma jafu min qatel lil Daphne jew ghaliex. Li nkomplu naghmlu hsara dejjiema internazzjonalment lil pajjizna bhalma saret fil-kampanja elettorali hu prezz ghali wisq. Id-disfatta tremenda tal-PN fl-elezzjoni bilfors kien fiha element qawwi ta' dawk li kienu ddizgustati bl-agir tal-PN bhallikieku l-hsara li saritilna ma kienet xejn l-aqwa li jiksbu l-poter. Bhalissa hemm element qawwi ta deja vu. Sa jumejn ilu kien hemm folla ta' esperti politici Nazzjonalisti jiktbu li d-disfatta kienet tahti ghaliha Daphne. Issa l-PN qed jisfrutta x-xokk tal-qtil taghha biex ikompli l-istess diskors. Ifhem, din kbira wisq. Il-qtil ta' Daphne jaqbez kull limitu. Din tragedja li ghandna nithallew niffaccjawha flimkien. Jien ma gejtx id-dimostrazzjoni ghax bsart li se tigi strumentalizzata b'dan il-mod.
    Daphne kemm il-darba ghogobha tkun l-ghadu tieghi. Xorta ridt nigi u nibkiha. Ma hallejtunix. Ma kontx ser nigi nislef wicci ghal diskorsi bhal tieghek li jdrarrsuni bil-kbir. Qatlu gurnalista u xtaqt nuri r-rabja li ghandi izda iz-zunami ta diskors bla sens li qed nisma zammni d-dar. Kullhad qed ighid tieghu u l-liberta tal-espressjoni qed tigi ezercitata u abbuzata bhal qatt qabel. Jekk ixxelfet xi ftit kienet tieghi li ma stajt infisser dak li nhoss bil-prezenza tieghi minhabba l-opportunizmu partiggjan intollerabbli. Oqoghdu ftit lura. Hallu ftit wisa ghal min ma jistax jaqbel maghkom. Halluna nkunu Maltin f'mument bhal dan.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Int taf tistħi? Fiex ma taqbilx mas-Civil Society Network? Li jkun hawn ġustizzja? Li jkun hawn fiduċja fl-istituzzjonijiet?

      Għax int qaddej fidil tar-reġim mafjuż, għalhekk ma flaħtx tiġi d-dimostrazzjoni.

      Delete
    2. X'gustizzja trid? kif gejtu al konkluzjoni li kieku kellna istituzjonijiet u kummissarju ahjar, ma kienx isir il qtil?

      Huma suggetti totalment indipendenti u vera tal-biki l'ammont ta nies li qed jaqaw ghal din in narrattiva.

      Delete
    3. Harry, whilst acknowledging the fact that successive governments have failed to address two crucial issues a) the so called dictatorship of the prime minister (a term I've learnt from you!) and b) the Maltese "moral issue", it has to be said that things have precipitated exponentially over the past 4.5 years both with respect to the independence of the institutions and with respect to the "moral issue"... Frankly of all the speeches delivered on Sunday James' was the one which described the situation most accurately, so perhaps "you are barking up the wrong tree"... Mark

      Delete
  2. Naqbel mieghek 100%. Il-bierah kienet gurnata dizgustanti ghall-ahhar. Id-dimostrazzjoni giet hijacked mill-PN u ddawret f'protesta kontra l-gvern, li bil-hazin u t-tajjeb tieghu xorta qieghed jaghmel mill-ahjar biex jara l-pajjizna jimxi l-quddiem. Bil-wisq qieghed nibza li dawn qeghdin jippreparaw biex jerga'ikollna repetizzjoni tat-tmeninijiet. Qeghdin ihammgu lil-pajjizna b'kull mezz possibli. L-aqwa li jiehdu l-poter a kwalunkwe kost. Jiddispjacini nghid li m'ghandniex oppozizzjoni denja ghal dan il-pajjiz. Din tahseb li ghandha dritt min-alla li tigverna hi biss. Kurzita li Ghandi hi u mhux wahda, ghala dejjem jaqilghu l-inkwiet fi zmien il-bagit? Ghala dejjem jinqala' l-inkwiet meta ikun ser ikun hawn xi attivita' importanti ghall-pajjizna. Ghala qeghdin jaqilghu l-inkwiet issa li dalwaqt ikollna maghna l-festi tal-Milied. L-oppozizzjoni qieghda tohloq sitwazzjonijiet biex dejjem tpingi lil Gvern Laburista f'dawl ikrah. Gieli rnexxielha, gieli le. Nistennew u naraw.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Il-faħam miblul li għandek qed jagħmlek paranoiku - kull talba għal ġustizzja taraha bħala attakk fuq il-gvern. Għax taf li l-partit tiegħek jirrappreżenta l-inġustizzja, l-korruzzjoni u l-kriminalità.

      Kull min jitkellem fuq dawn is-suġġetti tarah li qed jakkuża l-gvern. U ma tistax għaliha.

      Delete
    2. Ghid li mhux vera li ghidt jien. Mela tghidli paranoiku. Paranoia ghandkom fostkom ghax ma tafux x'se taqbdu taghmlu bil-partit imfarrrak li ghandkom. Dak zgur hazin ghal pajjizna. Il-Partit Nazzjonalista qatt ma accetta kemm it-telfa tat-2013, u wisq nibza li ghaddiet. Mhux bizzejjed qlajtu 7 tkaxkiriet f'kull elezzjoni li saru bejn it-2008 u issa, u l-lezzjoni ghadkom ma hadtuhiex. Il-poplu qalilkom car u tond, qabel ma ssolvu l-problemi ideologici u politici taghkom, hemm fuq ma tarawhx. U ohra li l-poplu gharaf min qieghed jaghmel gid lil-pajjiz. Il-poplu qieghed jinduna min qieghed jaghmel hsara lil-pajjizu, u qalilkom b'certu qawwa. Fejn qatt smajna, go pajjiz zghir bhal taghna jkun hemm differenza bejn Partit u iehor ta'l-fuq minn 30,000!!! Ma titghallmu qatt. Qeghdin taghmlu qiskom intom biss tafu tiggvernaw, u hemm qieghda l-paranoia taghkom. Imwerwrin li sakemm idum il-Labour fil-gvern u maghqud, intom m'ghandkomx cans tarawh hemm fuq.

      Delete