Monday, February 17, 2020

gheruq



Gheruq

F’ rahal zghir hadrani, fi gzira mbgheda, iltqajt ma sahhara griega, lil hinn miz-zmien, fil-jum ta’qabel il-bierah u ta wara ghada.
Hassejt l-gheruq jithawlu f’ hamrija niedja u xammejt is-sigar tal-lumi laring wara l-ewwel xita.
Sakemm dlonk il-holma ghebet u sibt ruhi fuq tal-linja fejn tbissmitli s-sahhara mis-seat ta faccatta.
Izda f'daqqa qamet u nizlet u ghebet fil-folla mghaggla u hallietni mifxul.
Tqallibt mahsud u xtaqt immur lura fir-rahal zghir hadrani fejn kont xrobt l-inbid mas-sahhara.
Imma f'daqqa stenbaht fil-belt gol-port, mimlija cekcik u ilhna, u ghatx ghall- bidla.
Fil-folla ferrieha sibt tbissima dhulija, lewn il- laring helu, u rgajt doqt l-inbid hamrani.
U hassejt l-gheruq jinbtu f’artna; fil- kruha, s-sbuhija, r- rabja u t-tama.

No comments:

Post a Comment