Friday, July 17, 2020

Meta tqum filghodu

Tqum filghodu wara lejla pjutost ordinarja fejn tlajt naqa high mhux hazin u meta wasalt instabbat fis-sodda.  Is-soltu ottimizmu tas-sitta ta' filghodu.  Thoss il-bzonn ta espresso u tghid haqni anki pizzetta tal-isqallin biex igibni f'posti. Tpejjep dak l-ewwel sigarett. Drag. Thoss lublieba ghall-hajja. Imbghad timxi l-mixja ta' filghodu u thoss sensazzjoni stramba ta dubju f' dak li ghidt, kif ghidtu u x' m' ghidtx u ghalkemm intangibli ghal waqt tkun tixtieq l-art tibilak, imma tkompli l-mixja lejn in-normalita.   Anzi tahseb naqa fuq il-fares politici u titbissem.  Jerga jigi d-dubju li f' xi mument zlaqt f' univers parallel, ghax kultant tigrilek...u tibda tiprova tiftakar meta stajt zlaqt u ghaliex.  Ma tiftakar xejn partikolari u tkompli timxi.  U tahseb x' se tikteb meta tasal ix-xoghol. Ticcekja l-mobile u tibda tibghat il-bongijiet.  Tinjora xi messaggi u tistenna ohrajn.   Tiftakar li grawlek kocc affarijiet dan l-ahhar ukoll.  Tiprova tohloq sekwenza imma titgerfex. Thoss li iktar kemm jinbidlu affarijiet, inqas jigru affarijiet. Tixtieq.  Il-mixja tfakkrek biex ma ddurx fi crieki ghax ma tasalx. Pero fil-hajja mhux kollox linear.  Tahseb f' xi haga sabiha.  L-ewwel haga li tigi f'mohhok. Tbissima. Tohlom ftit. Wara thossok naqa inqas kuntent.  Tahseb fl-ahhar ktieb li qrajt.   Thossok bizzejjed kuntent mhux iz-zejjed.  Tibza ftit.  Thoss li gara xi haga hazina.  Ma tafx x'hini. Terga ticcekja l-mobile.  Tasal ix-xoghol.  Thoss bzonn tikteb.  Tigi hawn. Tiftakar meta kont tigi ta' spiss hawn. Thoss li m' intix l-istess bniedem.  Thoss vojt.  Tiehu kafe iehor.  Tibda l-gurnata. Thoss l-ottimizmu tad-disgha ta' filghodu. Titamma f'zelqa ohra, mhux fin-niexef. Thoss certezza li gejjin affarijiet sbieh. Tibza li terga tizloq fil-mument li jigru ghax taf li x'imkien iehor diga graw.

No comments:

Post a Comment