Monday, June 15, 2020

Il-blata li tghum fl-arja



Il-mument li ma giex, harab u telaq.  Qisu blata tghum fl-arja.  Naqa, hafna u ftit li xejn ... minghajr ma jistenna dik il- minuta  ta’ skiet li tghati tifsira.   Il-pajjiz, ir-rivoluzzjoni, it-tamiet, il-ferrovija li waqfet fl-istazzjon, il-waqa tar-regim li welled iehor,  il-jienijiet, it-tghaffig  li jizloq, il-covid-19 u l-iljieli inbid u smoke,  il-holm b' sensazzjoni fuggenti, il-mixjiet msahhra, is-shahar, il-memorji mcajpra.  Kollox jghaddi minghajr dik il-waqfa ta’ minuta biex inkun nista nigbor il-memorja ta mument li ghadda. Issa beda zmien l-affan.  Imma fl-ghafa hemm ukoll il-hegga ghal dak li baqa biex jigri, il-mument li jerga jizloq u jahrab.

Tuesday, June 9, 2020

L-affan Malti

Jekk hemm xi haga li tirrispekja z-zliega kollettiva Maltija hija l-affan tas-sajf. B' xi mod din is-sensazzjoni minn xi zmien ilu bdjet nsejhila ghafa jew afa (verzjoni feminili tal-affan, inqas qtugh ta' nifs u iktar sens ta' sensazzjoni u l-arja li jkollok madwarek fis-sajf Malti). Insomma il-kliem tista toholqu wkoll specjalment f' certi mumenti. 
F'Istanbul ghandhom il- huzun, il-melankonija ta' belt li kienet ic-centru tal-imperu.  F'Malta l-affan, jew kif nghidilha jien l-ghafa,  jirraprezenta l-letargija mentali ta' kolonja mwarba li b'kumbinazzjoni storika u bl-ebda destin spiccat pajjiz indipendenti illum membru shih tal-Unjoni Ewropea. 
Pajjiz li zgicca u sab nicca ekonomika biex johloq klassi ta' sinjuruni wikkiela u faxxa ikbar li jghixu biex isiru sinjuri zghar u lkoll jghixu jhokku ma xulxin fuq blata.  Pajjiz goal oriented, biezel biex jaghmel lira imma ghazzien fil-hsieb u suspettuz ghal dak li jidher stramb u differenti.   
Pajjiz li fih difficli tkun differenti ghalkemm tant kiber fil-popolazzjoni li ghall-grazzja ta' Alla,  llum sar iktar facli tiltaqa u tghix ma min hu differenti.
Malta m'ghandiex melankonija imma ghanda nuqqas ta' kwiet; speci ta' ansjeta li hafna drabi tohrog fil-konfront tal-ohrajn.  Mhux ansejta li tigi minn wisq hsieb. Anzi.  Iktar xi haga bhal road rage permanenti li tohrog l-iktar fl-affan tas-sajf.
Imma anki f' hekk l-Maltin inkonsistenti.  L-ohrajn xi drabi nilqawhom bil qalb anki minghajr kundizzjoni.   Xi drabi nittoleraw l-ohrajn ghax  ihallu naqa boqxiex. Xi drabi specjalment jekk l-ohrajn ikunu suwed u foqra tohrog il-mibgheda Maltija.  Ghax Malta m'hix xi vittma tal-istorja. Vera kienet uzata u abbuzata bhala kolonja imma ejja nghiduha m' ghandniex xi storja glorjuza ta' rezistenza.
Probabli kieku Malta kienet il-Germanja min jaf xi hnizrijiet kienet taghmel.  Malta ghanda wkoll hafna hdura fil-qalb taghha u ftit li xejn romanticizmu.  Il-Maltin nazzjon utilitarju li ftit li xejn japprezza l-assurd u l-futilita. Ghalhekk neqsin mil-ironija u niehdu l-hakkiema bis-serjeta, sal punt li nhobbuhom. 
Bizzejjed thares lejn dawk il-patrijotti li kienu qed izebilhu gemgha ta nies jipprotestaw kontra r-razzizmu. 
Malta ma tridx tkun taf x' ghanda f'ruha. Ma ssaqsix wisq fuqa infisa.  Ghax forsi m' hemmx wisq hlief blat, bahar u xemx u l-bqija huma nies li jahsbu li huma xi haga ghax kumbinazzjoni twieldu fuq bicca blata.  Forsi wkoll ghax qatt ma kienu kunfidenti  fihom infushom.  Ixejru l-bandiera Maltija minnkejja li ma tfisser xejn hlief marka ta' distinzjoni.  U nsertat bandiera kerha bla kuntrasti ta' lwien u b'salib (li ma jfakkar lil hadd fil-glieda anti faxxista hlief xi erba bhali).  
Malta dejjem bezghat mil-gheruq taghha.  Bizejjed insemmu l-gheruq  Gharab u Musulmani li gew kancellati minn storici li mohhhom kien biss kien biex jidru sbieh mal-hakkiema.
U ghax mhux kunfidenti Malta ma tikbirx. 
Tibqa pajjiz tal-habbagozz.  Malta ghanda iktar folklore milli kultura.  It-turizmu m'ghenx ghax mhux biss hexa l-ambjent imma wkoll seddaq mentalita ta' superficjalita fejn kollox qisu dekorazzjoni fuq cake.  Ghalhekk facli timmagina l-Malta bhala kollezzjoni ta' kinnie, twistees, gabbani tal-festi.  Mill-ghana ma tohrog l-ebda sfida politika u socjali.  Ma nistghux nitkellmu fuq zfin jew muzika Maltija. 
L-istorja dejjem ghaddiet minn fuqa imma qisu n-nies dejjem kellhom kapacita jinbidlu ta' taht fuq...minn Gharab ghal Insara, minn Sqallin ghal Maltin. Stajna sirna Inglizi forsi wkoll.  Sa ftit ilu kont nahseb li minghajr religjon difficli titkellem fuq identita Maltija. 
Illum m' iniex cert ghax f' din il-bidla f' 10 snin kienet kbira u tajba, imma minkejja li sirna iktar sekulari qisna ma sibnix moralita gdida.  Anzi xi drabi nhoss li f' certa affarijiet Malta hzienet. Speci il-fatt li n-nies ma sbarazzawx Kastilja mil-imbarazz wara dak li gara f'Dicembru turi naha ohra kemm tal-letargija kif ukoll tal-qalb hadra Maltija. Ghax ma nilghabux mal-kliem; daphne (li ma kinitx qaddisa u fija kien hemm kontradizzjonijiet maltin ukoll)  kienet ukoll wahda mil-ohrajn li hafna Maltin riduha mejta.  Kien hemm min ferah meta splodewha u din ghada tebgha kerha wisq fir-ruh Maltija. Tebgha li titlob sens ta' rimors li certi Maltin qatt ma hassew ghax qalbhom hazina.  
Imma imbghad hemm sinjali ta' tama f'din l-inkonsistenza shiha. Wara kollox anki l-pjazza tal-bierah mimlija diversita hija Maltija daqs jew iktar mil-patrijotti.  Li hu zgur li dik il-pjazza isbah u forsi minnha tohrog Malta gdida iktar Maltija.  Ghax speci li jaghmlek Malti hi haga pick and choose. Identita li tista tivvanta u tifforma bhat-tafal.  U fl-ghafa tas-Sajf f'Malta tista tizfen qisek qieghed il-Jamaica (anki jekk ma nafx nizfen).  Min jaf?  Ghax Malta sabiha u tista tkun genna tal-art ukoll.    
Imma personalment ta sikwit nesperjenza l-ghafa b'mod differenti mil-bqija tal-Maltin.  L-ghafa qisha fosqa  li fija niehu gost ninfilleg, ninhall u nizzelleg.   U fl-ghafa nhoss melankonija deep, gieli light gieli tqila. Nhobb naqra ktieb fil-qilla tax-xemx Maltija.  
M'hemmx xejn iktar brutali minn bikja f'gurnata xemx hdejn il-bahar specjalment wara xi argument definittiv. Imbghad m'hemm xejn isbah minn flixkun inbid, joint jew nejka jew it-tlieta f'daqqa fl-ghafa ta' lejla sajfija.  Il-gegwigija kollettiva wkoll sservi bhala sfont ghal esperjenza individwali. Il-hsejjes u l-irwejjah tal-bbqs iqajmu memorji.   Is-sajf inhobbu ghax inhobb il-hajja u x-xemx tghati iktar hajja.  Imma is-sajf bhal haxixa, tista tinhall fih imma  jamplifika kollox.  Ghalhekk m'hemmx xejn isbah minn joint fl-ghafa, preferibilment qabel xi nejka u qatt qabel jew wara xi bikja. Jien l-affan idejjaqni ghax jifgani, imma-ghafa nhobba hafna ghax thollni. 

Saturday, June 6, 2020

Harifa qabel is-sajf

Din is-sena l-ewwel kellna rebbiegha fix-xitwa imbghad kellna naqa xitwa u mhux hazin sajf fir-rebbiegha u issa  giet ftit  harifa qabel flok wara s-sajf.  Kwazi temp li jixraq ghaz-zmien ta' issa.  Il-harifa tfakkarni fit-toqol tal-qalb fiz-zmien ta' qabel l-iskola.  Id-dieqa tal-ahhar ta' Settembru u l-bidu ta' Ottubru.  Imma wkoll zmien ta' certu entuzjazmu ghat-taghlim u r-rutina  wara xhur ta' semi izolament fid-dar, hafna drabi fil-kumpanija tal-kotba li kont ingib kull nhar ta Sibt minn Belt is-Sebh. Mhux ghax fil-harifa ma konx xorta imur Belt il-Sebh imma b'iktar hin f'idi l-kotba fis-sajf kont nixrobhom b'herqa ikbar il-kotba.  Tant li wara li nispiccahom kont nispicca ndur ghal dik l-enciklopedija, dawk il-kotba hoxnin u homor mimlija dettalji fuq kollox, mix-xmux fl-univers sal-hut ikrah u bla forma li jghix fil-qiegh tal-bahar.  Il-harifa wkoll zmien ta' sensittivita ikbar. Vera l-blat l-isbah li jkun  fis-sajf meta jixrob ix-xemx u jirrifletti l-ilwien f'kuntrast skjett mac-cilesti tas-sema u l-bahar.  Sfumaturi ta' hmura f'loghba max-xemx.  Imma fis-shab il-haxix qisu isbah u l-bahar f'temp griz qisu iktar misterjuz.  Kwazi jfakkarni iktar fix-xtajtiet nordici u ghalhekk narahom xi ftit iktar romantici, forsi wkoll ghax darba kont qlajt bewsa f'Paceville f lejla tal-Harifa fi zmien il-protesti tal-istipendji tad-disghinijiet.  Qisu kien premju helu dak...anki jekk l-istorja spiccat gimghatejn wara. U dawk l-ghajnejn domt ma nsejthom ghalkemm kollox imbghad jintnessa. U wara kienet giet Rebbiegha sabiha u bidu ta' storja twila. Imbghad meta jkun imqalleb il-bahar, spettaklu shih u b'xejn. Biex ma nsemmux ir-riha tal-hamrija wara l-ewwel xita. U  fil-harifa l-griz johloq sfumaturi ta melankonija. Imma l-harifa tqarribna wkoll ghal isbah zmien tas-sena, l-ispirtu infantili tal-Milied.  Speci hemm xi haga ghalxiex tistenna . Ghax il-melankonija kerha biss meta ma jkollokx xi haga ghalxiex thares il-quddiem.  U tkun l-aghar meta thares biss lura. Imma l-istaguni Maltin ihalluk xi ftit thares lura.  Ghawma fil-harifa qisa  privilegg, qisek qed tiprova ttawwal xi haga li taf li spiccat ghax ghadda zmiena.  Qisek qed tfotti b'certu gost u innocenza, specjalment jekk thoss l-irxix waqt li qieghed fl-ilma. Meta kont zghir l-ghawm kien jispicca mal-bidu tal-iskola.  Imma m'hemmx ghalfejn kollox ikun daqshekk regimentat.  U ma ninsewx imbghad is-sajf ta san martin.  Dawk il-granet xemxin ituk spinta kbira ghax tkun bdejt tidra t-temp griz u f' daqqa wahda s-sema tiftah u terga ddewwaqna naqa sajf.   L-istaguni qishom sbieh f' posthom imma wkoll sabih iz-zmien ta' mhux nejja u mhux mahruqa, iz-zmien ta' bejn sajf u xitwa, daqqa l-granet jxaqilbu l-hawn u daqqa l-hemm. Forsi  l-Harifa giet izurna xi ftit issa biex tghina nidhlu lura fin-normalita.  Izda xorta din il-harifa f'tarf ir-Rebbiegha qed nara b'ghajnejn differenti.  Qed inhossa naqa iktar.  Xi granet xemxin u ehfef u xi granet imsahhba u itqal.  Imma  xorta isbah. Ghax dan zmien il pessimizmu tal intellett u zmien l ottimizmu tar-rieda.

Thursday, May 28, 2020

Trains, roots and witches

One risk of this blog is that it occupies a dangerous space between the personal, the political and the public spheres. It is obviously spurred by everyday happenings, political anger and personal anxieties. It gives James the chance to stray away from the analytical impersonal style of a newspaper article. It also gives him the chance to write about his introspective thoughts, which are lurking beneath the surface. In many ways the past weeks of semi isolation have been an ideal context for a journey dominated by three images; roots, trains and witches. Roots because these represent what anchors us to reality and connect the future to the past, creeping incrementally and seeking new sources of nourishment without breaking the chain.  Trains because these represent the opportunity of a journey towards the next stations, a chance of a mapped out flight which may lack an ultimate destination.  Witches cause they represent magical realism, the small extraordinary happenings in very ordinary lives, the ephemeral joy of threading dangerously and the thought that it is better to be awake and exposed to risk than asleep and numb.  Yet these all live in contradiction with each other  in a world where as Heraclitus warned us you cannot step in the same river twice.  This may be why I changed my mind on stopping this blog upon the realization that the restoration of normality will not mean the end of this journey.