Saturday, April 17, 2021

dimech u l-medjokrita

Biex tifhem u tispjega kultant tispicca tirrazzjonalizza aspetti tal-hajja socjali u politika li haqqhom biss tnejjik u satira. Speci li ghad hawn min iqum filghodu u l-ewwel haga li jaghmel hi li jidhol fuq facebook biex jghid prosit lil xi Ministru f'pajjiz li l-ebda Ministru ma jhossux hazin b'dan, hi sinjal ta medjokrita li probabli ghanda gheruq socjali u storici imma tibqa li hi...pajjiz li qatt ma produca rivoluzzjonijiet. Pajjiz li qatt m ghada mil-passatur tal-vjolenza tal-istorja. Pajjiz li anki s-sekularizmu gie fih f pakkett medjokri u grottesk. Biex ma nsemmux partitarji li baqu jiddefendu l-indifensibli li l-anqas il-partit taghhom m ghadu komdu jiddefendi. U l-iktar li ninharaq hi meta attitudni li m'hi xejn injoranza tigi kwazi glorifikata bhala xi espressjoni tal-klassi tal-haddiema u min jitnejjek bija jigi labelled elitist. Manwel Dimech nahseb kien jirremetti u Gwann Mamo kien jikteb novella iktar brutali minn ulied in nanna venut. Kieku ghex Dimech illum hafna kienu jikkundanawh bhala elitist ghax ma tanx kellu xi apprezzament kbir tal-kultura popolari anzi... Ir-realta hi li Dimech u Mamo iktar minnu kienu unforgiving quddiem l-injoranza tal-masses...bi kwalifika importanti; dik li riedu l-emancipazzjoni...imma anki hawn wiehed ma jistghax ma jinnotax il-mod grottesk kif tigi l-bidla f'Malta. Forsi hemm raguni storika...dik li ma kellnix 1789, 1848 u 1968...assenza shiha tal-borgezija rivoluzzjonarja, rwol li kellhom jidhlu ghalih intelletwali organici bhal dimech li hareg mil-habs u wara politici imperfetti imma egemonici bhal mintoff...imma fl-ahhar mil-ahhar l-hsieb qatt ma kien rispettat. Wara dimech hadd ma ta wisq kaz l-emancipazzjoni mentali tal-haddiema u issa naqra too late ghax l-unika aspirazzjoni ta klassi li baqa hi dik li nsiru sinjuri zghar (ovvjament sinjuri fil-but mhux fil-mohh). Imma issa waqet il-maskra u l-haddiem darrewh ifahhar lil mafjuz, lil korrott u lis-sinjur (dejjem jekk fuq in-naha t-taghna) Forsi mhux Malta biss. Speci l-lemin populista/faxxista kullumkien jiccelebra il-poplu (bhala rapprezentazzjoni tal-injoranza) waqt li jattakaw l-elites (li jinkludu wkoll l-NGOs, il-gurnalisti imma mhux dawk li stinkaw fil-hajja biex jifthu xi kumpanija offshore) imma Malta ghandna inqas immunita ghal dan it-tip ta hsieb...Dimech kien izolat meta gie eziljat, minghajr hadd ma rrezista jew lissen kelma... Fl-istess hin minkejja il-bizarriji kollha ghalinqas illum hemm min jirrezisti u f' xi aspetti ikolli nghid qed nghixu ahjar (bizejjed insemmu l-fatt li sa ftit zmien ilu lanqas divorzu ma kellna)...Pero hemm xi haga hazina hafna f'pajjiz fejn ir-riformi liberali isehhu fi sfont mhux biss neoliberali (argument iehor imma relatat) imma fi sfont illiberali, ta servilizmu u laqghizmu. Ghalhekk ikolli nghid li l-iktar haga li ghanda bzonn Malta hi satira vjolenti u irriverenti...(sfortunatament jien se nibqa nirrazzjonalizza u nanalizza ghax ghalhekk ninqala). Kelli nigi hawn biex nizvoga ghalkemm kelli f' mohhi nikteb xi haga differenti fuq ir-ritwali u kif dawn jikbru madwarek u ssib rifugju u serhan fihom... Forsi ghal darba ohra.

No comments:

Post a Comment