Tuesday, June 2, 2020

Nixtieq




Xi drabi thossok hafna bniedem meta thoss hafna toqol. Kien hemm zmien iehor. Niftakar iljieli twal naqra u nara netflix bi hsieb ta xi vaganza jberren f' mohhi. Nippostja selfies mal-kotba qabel nitfaghhom fuq l-ixkaffa. Ritwali. Ghext hafna emozzjonijiet ta' karattri li habbejt li haduni f'  postijiet varji. Tawni bizzejjed, mhux iz-zejjed ghax facli imbghad titfahom fuq l-ixkaffa u tinsihom. U vicin tieghi kelli xemx li tahmi u ddawwal b'entuzjazmu ta min jaf jghix, u li forsi kienet tiddi wisq fiz-zmien ta' ftit bizzejjed. Norqod fil-fond bla ansjeta. Kollox ftit imma bizzejjed. Bla riskju. Bla tghaffig u tqanqil. Hsibijiet lucidi waqt il-mixja ghax-xoghol, nanalizza s-sitwazzjoni tal-pajjiz f' mohhi. Kuntent imma mhux bizzejjed. Imbghad fi zmien il pandemija qomt u ftaht. Irrakkuntajt ruhi.  Bdejt nahseb fi vjaggi mimlija riskju. Bilkemm kapaci naqra ktieb bil-herqa. Ridt inkun karattru fin-novella li qed tikteb lila nfisha. Kollox beda jidher sabih waqt il-mixjiet. Skoprejt dettalji fil-bini ta' madwari li qatt ma rajt qabel. Roqghat ta' hdura f' nofs il-gungla tal-konkrit.  Bkejt u fraht... hafna. Xrobt, pejjipt, qsamt u ktibt. Rigali. Il-holm ergajt bdejt niftakru u nhossu. U sibt muza naqa msahhra.   Imbghad il-muza telqet f hin bla waqt. Forsi ghal ftit, forsi ghal hafna u ghax hekk ghandu jkun. Vojt. Twist fin-novella assurda li bdiet tinkiteb. Kapitlu li qisu ma bediex jew forsi footnote f'kapitlu ta' hajja ohra. Imma l-hajja ma tistennix. Inrid nibqa nghix u nhoss. Nixtieq inkompli l-vjagg fuq il- ferrovija. Nixtieq il-paci ta qabel u l-ftuh ghas-sbuhija ta issa. Nixtieq leggerezza deep. Nixtieq nhobb minghajr ma nghafas. Nixtieq ix-xemx u l-qamar. Forsi wisq. Nixtieq iz-zejjed. Nixtieq kollox.

P.S. Calm down... you need a good laugh and some self irony.

No comments:

Post a Comment