"No man ever steps in the same river twice, for it's not the same river and he's not the same man." Heraclitus
Wednesday, June 17, 2020
Igsma
F' wiehed minn dawk l-argumenti dwar l-abort li hafna drabi jmissu l-qiegh f' dak li ghandu x'jaqsam ma hsieb logiku, xi hadd fuq facebook saqsieni biex nikkunsidra l-eventwalita li gejt abortit ma konx nezisti u b'konsegwenza ma nkunx hawn biex naghmel argument favur il-legalizazzjoni tal-abort. Ir-risposta kienet li kieku kien hekk sempliciment ma konx nezisti. L-istess kien jigri kieku sperma ohra rebhet it-tellieqa. Ma tanx hemm x' tirrifletti fuq hekk. Ghax l-ezistenza diga kumbinazzjoni kbira f' katina ta' kumbinazzjonijiet li tmur lura ghal miljuni ta' zmien. Minn kollox setgha jigri biex ma nitwilidx u ma nkunx hawn u anki jekk twelidt dak li jien illum hu wkoll dovut ghal kumbinazzjonijiet ohra li graw wara li twelidt. Kumbinazzjoni wahda li ma gratx u kont inkun James iehor speci. F'dan is-sens l-gisem mhux destin imma prodott ta' hafna kumbinazzjonijiet. Ezempju kieku meta kont zghir kont naghmel iktar sports, probabli ghandi gisem iktar mibni u anki dik kienet tibdel min jien illum. Ovvja li hemm ukoll fatturi biologici bhal genes u hekk imma dawn jirreagixxu ma kuntest maghmul minn igsma u materji ohra. Imma iktar inkwetanti hi s-sens ta' offiza ta hafna rgiel li jopponu l-abort meta tissuggerixxi li l-argument dwar l-abort hu essenzjalment wiehed dwar il-kontroll ta' x' jigri f'gisem haddiehor. Imma r-realta hi dik. Xi whud iddecidew li l-mara jehdula l-kontroll fuq il-guf li hu parti minn gisima daqs kemm hija idi u sieqi. F' Malta dan l-att ta vjolenza strutturali irnexielna nahbuh wara l-glorifikazzjoni tal-omm. Imma fl-istess hin ftit hemm empatija ghal gisem li jrid igor fih kreatura ghal disa xhur shah irida jew ma jridiex. Anzi l-idea prevalenti li dak destin inevitabli mhux ghazla li tista trendi ferh kbir imma li tista wkoll tnaqqas l-ansejta u l-ugiegh. Pero l-kontroll tal-igsma mhux limitat ghal kwistjoni tal-abort. Fir-realta l-politika hi essenzjalment l-kontroll tal-igsma. Il-kontroll ta' fejn u kif jiccaqalqu l-igsma, kemm jieklu l-igsma, kemm jahxu l-igsma, x' sustanzi jiehdu l-igsma, kemm jobdu l-igsma u fejn joqghodu l-igsma. Ghalhekk anki is-socjalizmu irid jimxi mil-idea ta' kontrol sistematiku tal-igsma ghal wahda li tehles l-igsma billi toffri sigurta ekonomika shiha u awtonomija personali shiha. Fl-ahhar mil ahhar l-importanti mhux ghaliex spiccajna hawn imma kif nghixu hawn. Minghajr ghazla m'hemmx helsien. Pero minghajr ezistenza materjali xierqa m'hemmx ghazla ta vera. Fl-ahhar mil-ahhar il-kapitalizmu jrazzan l-igsma ghax fih hemm it-tehdida ahharija li joqtluk bil-guh. Sfortunatament hafna nies huma iktar ossessjonati bil-hajja ta' dawk li ma jridux jghixu jew li m'humiex konxji li qed jghixu milli bil-hajja ta' dawk li jridu jghixu ahjar. Imbghad hemm dawk li jibzaw mil-igsma li jiccaqalqu wisq, li jgibu irwejjah godda. li jipprovokaw, li huma wisq prezenti, li jgibu l-mard, li jikkontaminaw, li jintnu....F'dinja mhedda mil-virus l-awtonomija personali facli tista tispicca taht tehdida mhux mis-sens ta' responsabilita u solidarjeta li urejna fil-lockdown imma minn socjeta li tpoggi certi igsma f' iktar riskju biex jibqu jikkonsmaw u jipproducu waqt li fl-istess hin tikkontrollahom iktar biex ma jxerdux ir-riskju. F'dan il-process jinholoq surplus ta' igsma vaganti li l-ezistenza taghhom tigi meqjusa thedida fiha nfisha.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment