Saturday, June 6, 2020

Harifa qabel is-sajf

Din is-sena l-ewwel kellna rebbiegha fix-xitwa imbghad kellna naqa xitwa u mhux hazin sajf fir-rebbiegha u issa  giet ftit  harifa qabel flok wara s-sajf.  Kwazi temp li jixraq ghaz-zmien ta' issa.  Il-harifa tfakkarni fit-toqol tal-qalb fiz-zmien ta' qabel l-iskola.  Id-dieqa tal-ahhar ta' Settembru u l-bidu ta' Ottubru.  Imma wkoll zmien ta' certu entuzjazmu ghat-taghlim u r-rutina  wara xhur ta' semi izolament fid-dar, hafna drabi fil-kumpanija tal-kotba li kont ingib kull nhar ta Sibt minn Belt is-Sebh. Mhux ghax fil-harifa ma konx xorta imur Belt il-Sebh imma b'iktar hin f'idi l-kotba fis-sajf kont nixrobhom b'herqa ikbar il-kotba.  Tant li wara li nispiccahom kont nispicca ndur ghal dik l-enciklopedija, dawk il-kotba hoxnin u homor mimlija dettalji fuq kollox, mix-xmux fl-univers sal-hut ikrah u bla forma li jghix fil-qiegh tal-bahar.  Il-harifa wkoll zmien ta' sensittivita ikbar. Vera l-blat l-isbah li jkun  fis-sajf meta jixrob ix-xemx u jirrifletti l-ilwien f'kuntrast skjett mac-cilesti tas-sema u l-bahar.  Sfumaturi ta' hmura f'loghba max-xemx.  Imma fis-shab il-haxix qisu isbah u l-bahar f'temp griz qisu iktar misterjuz.  Kwazi jfakkarni iktar fix-xtajtiet nordici u ghalhekk narahom xi ftit iktar romantici, forsi wkoll ghax darba kont qlajt bewsa f'Paceville f lejla tal-Harifa fi zmien il-protesti tal-istipendji tad-disghinijiet.  Qisu kien premju helu dak...anki jekk l-istorja spiccat gimghatejn wara. U dawk l-ghajnejn domt ma nsejthom ghalkemm kollox imbghad jintnessa. U wara kienet giet Rebbiegha sabiha u bidu ta' storja twila. Imbghad meta jkun imqalleb il-bahar, spettaklu shih u b'xejn. Biex ma nsemmux ir-riha tal-hamrija wara l-ewwel xita. U  fil-harifa l-griz johloq sfumaturi ta melankonija. Imma l-harifa tqarribna wkoll ghal isbah zmien tas-sena, l-ispirtu infantili tal-Milied.  Speci hemm xi haga ghalxiex tistenna . Ghax il-melankonija kerha biss meta ma jkollokx xi haga ghalxiex thares il-quddiem.  U tkun l-aghar meta thares biss lura. Imma l-istaguni Maltin ihalluk xi ftit thares lura.  Ghawma fil-harifa qisa  privilegg, qisek qed tiprova ttawwal xi haga li taf li spiccat ghax ghadda zmiena.  Qisek qed tfotti b'certu gost u innocenza, specjalment jekk thoss l-irxix waqt li qieghed fl-ilma. Meta kont zghir l-ghawm kien jispicca mal-bidu tal-iskola.  Imma m'hemmx ghalfejn kollox ikun daqshekk regimentat.  U ma ninsewx imbghad is-sajf ta san martin.  Dawk il-granet xemxin ituk spinta kbira ghax tkun bdejt tidra t-temp griz u f' daqqa wahda s-sema tiftah u terga ddewwaqna naqa sajf.   L-istaguni qishom sbieh f' posthom imma wkoll sabih iz-zmien ta' mhux nejja u mhux mahruqa, iz-zmien ta' bejn sajf u xitwa, daqqa l-granet jxaqilbu l-hawn u daqqa l-hemm. Forsi  l-Harifa giet izurna xi ftit issa biex tghina nidhlu lura fin-normalita.  Izda xorta din il-harifa f'tarf ir-Rebbiegha qed nara b'ghajnejn differenti.  Qed inhossa naqa iktar.  Xi granet xemxin u ehfef u xi granet imsahhba u itqal.  Imma  xorta isbah. Ghax dan zmien il pessimizmu tal intellett u zmien l ottimizmu tar-rieda.

No comments:

Post a Comment