Ftit u hafna bahar
Sabih
il-bahar kalm jew ftit immewweg ghax go fih qisek dejjem thoss li minnu ghandek
bizzejjed.  Kemm jekk ghal  ftit f xi qabza ta’
malajr kemm jekk hafna, f' xi nofs ta nhar tiela u niezel miflug bix-xemx imma
bic-certezza li se ssibu hemm biex jiffriskak.  U l-bahar fil-bajjiet kommunist u ararkist.  Jghati lil kulhadd u ma jiehu xejn lil hadd. Jistiedenk imma tmur meta trid int.  Il-bahar ghandu riha, hoss u jmissek
kullumkien, ruh u gisem.  Materjalist u spiritwali fl-istess hin.  Il-bahar ta’
kulhadd ghalinqas sakemm ma jbieghawhx ukoll.  U minkejja li ghandu r-ritmu tieghu f' dik  iz-zifna eternal
tieghu mar-rih, fih issib is-silenzju.  Ghax fih facli ma tixtieqx iktar.  Go fih ftit jew hafna dejjem bizzejjed.    Ghalinqas
sakemm qieghed hdejh jew go fih.  U anki
jekk il-boghod taf li qieghed hemm dejjem u  kwazi kullumkien.        
 
 
 
          
      
 
  
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
No comments:
Post a Comment