Nhar it-Tnejn Daphne inghatat il-piena kapitali minn xi hadd li tant hassu omnipotenti li ddecieda li jhassar mid-dinja gurnalista li bil-pinna taghha kienet saret tehdida...
Meta smajt l-ahbar hassejt vojt...il-vojt li thoss meta thoss li pajjizek tilef bicca minn ruhu. Ghalhekk wara giet ir-rabja.
Xoghol il-gurnalist mhux li jinghogob mil-poter imma li jzomm distanza minnu biex ikun jista jwassal il-verita. Speak truth to power ghandu jkun l-motto taghna lkoll.
Inhossni mcekken quddiem il-karba tal-qraba u t-tfal ta’ Daphne, karba ghal gustizzja mhux ghal ommhom biss imma ghal Malta taghna li tant inhobbu.
Tajjeb li l-gvern qed jibghat messagg qawwi li se jaghmel min kollox biex jaqbad lil kriminali.
Imma fuq kollox Pajjizna irid fejqan.
Ghax pajjizna ma jixraqlux hekk. Pajjizna ghandu ruh.
We do not want to live in a mafia state. Ma nridux inkunu washing machine tal-flus mahmugin tal-kriminali u d-dittatturi. Il-flus ma jixtrux kollox, wisq l-inqas il-gustizzja.
Fuq kollox quddiem tehdida daqshekk kattiva mill- kriminalita organizzata, hemm bzonn twegiba politika ghal kwistjoni morali li qed tifni lil Malta taghna.
Hadd m’ghandu jipponta subghajh lejn hadd ghax lkoll ghanda parti mit-tort kull meta harisna n-naha l-ohra biex naghmlu lira zejda. Imma din mhix skuza biex inhallu kollox ghaddej.
Biex ninghaqdu u nuru li ahna ahwa Maltin u nibghatu l-aqwa messagg lill- kriminali li qatlu l-Daphne inridu nuruhom li Malta ghanda istituzzjonijiet li ghandhom is-snien u jgawdu l-fiducja taghna lkoll.
Fl-ahhar ftit snin ma rajnix rieda tajba. L-istituzzjonijiet fallewna bl-ikrah f’bosta kazijiet bhal Panamagate li gew midfuna taht it-tapit tal-konvenjenza. Kellna paralizi istituzzjonali fejn l-istat u l-pulizija ma resqu lil hadd quddiem il-qrati biex jigi gudikati.
Ghalhekk biex ikollna fiducja fl-istituzzjonijiet jehtieg bidla fl-istituzzonijiet.
Irid isir ezami serju ta’kuxjenza u kull min ghandu jwarrab ghandu jwarrab illum qabel ghada.
Rajna wkoll rigress kulturali fejn xi whud f’partiti differenti bdew iseksku li onestsa u l-indafa huma xi zvantagg fil-politika. Kwazi li tkun parti mid-dinja tat-tahwid bdejna narawa vantagg.
Rajna kultura tal-libelli li fija l-prova tal-innocenza tigi billi tfajjar xi libell.
Iva ghal ghexieren ta’snin gvernijiet minn partiti differenti ma ghamlux bizzejjed biex insahhu s-saltna tad-dritt. Hallejna hafna xquq min fejn setghu jghaddu d-delinkwenti politici ta zminijietna.
Imma flimkien nistghu naghmlu d-differenza... kurragg.
Intom ragg ta’ dawl f’din i-lejla mudlama tar-repubblika Maltija...Intom l-Malta t-tajba, dik il-Malta li ma tiskotx, dik il-Malta nadifa
Ghax inhobbu l-pajjizna inridu inkomplu dak li bdejna illum u ma nifqux qabel pajjizna jerga jikseb il-hakma tad-dritt f’kull qasam tal-governanza.
Grazzi li qomtu mir-raqda. Viva Malta nadifa. Viva l-Maltin li issa qed jghidu issa daqshekk.